Delia jgħid li jrid jiltaqa' ma' Charmaine Gauci qabel jieħu pożizzjoni fuq rilassament ta' miżuri

Nhar it-Tnejn l-Oppożizzjoni se tressaq il-proposti tagħha għar-riforma Kostituzzjonali

Adrian Delia waqt l-intervista
Adrian Delia waqt l-intervista

Meta kien qed jiġi intervistat minn ġurnalista ta' The Malta Independent il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li dwar il-Covid-19 l-Oppożizzjoni dejjem ħadet il-pożizzjoni li l-ewwel tara x’qegħda tgħid is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci.  "Issa li qed jidher li n-numri qegħdin jerġgħu jiżdiedu, l-Gvern qed jaħseb li jerġa’ jnaqqas il-miżuri li ttieħdu. Għalhekk tlabt li nerġa’ niltaqa’ mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u jekk Charmaine Gauci tagħti l-komfort allura d-deċiżjonijiet finanzjarji u ekonomiċi jistgħu jittieħdu fis-serħan tal-moħħ tal-informazzjoni medika."

Il-Kap tal-PN qal li l-proposti ekonomiċi tal-Gvern huma mingħajr viżjoni u mingħajr pjan għall-post COVID-19. Huwa staqsa x’inhuma l-inċentivi ta’ investiment għal wara l-pandemija u għajnuna lil min iħaddem biex iżomm lill-ħaddiema tiegħu ħalli ma jkunx hawn sensji. Delia spjega kif - skontu - il-perspettiva tal-Oppożizzjoni mhix waħda reattiva imma li tanticipa u tevolvi u tittrasforma n-negozju
u l-għodod li nużaw u ninvestu fi pjattaformi digitali "qabel ma jkun tard wisq".

Intant nhar it-tnejn l-Oppożizzjoni se tkun qed tippubblika l-proposti tagħha għar-riforma Kostituzzjonali wara li skont Delia l-Gvern qabeż lil kulħadd u "bl-attitudni ħażina tiegħu mhux jibgħat is-sinjal it-tajjeb lill-istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej li qed josservawna."

Delia qal li l-Oppożizzjoni se tkun qed tippubblika l-proposti tagħha wara li fakkar illi issa li dawn il-proposti mhumiex iktar marbutin fil-kenn tar-riforma Kostituzzjonali "u wara li l-Gvern qabad u minn rajh, mingħajr lanqas bissa avża lill-President, bagħat il-proposti tiegħu dwar ir-riforma Kostituzzjonali lill-Kummissjoni Venezja."

Huwa stieden lill-Gvern sabiex jieħu pass lura u verament jisma’ lil kulħadd u liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

More in Politika