Żewġ każi ġodda u tnejn oħrajn ifiequ mill-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

Iż-żewġ każi ġodda huma t-tnejn nisa u waħda minnhom kienet ħaddiema fl-Isptar Karin Grech

Fl-aħħar 24 siegħa - apparti l-mewt ta' tabib ta' 53 sena - fiequ tnejn minn nies mill-Covid-19 biex b'kollox sa issa fiequ 436 persuna.  Minn naħa l-oħra kien hemm żewġ każi ġodda biex il-każi attivi issa huma ta' 66. 

Iż-żewġ każi ġodda huma t-tnejn nisa: Waħda li hija ħaddiema fl-Isptar Karin Grech u li kellha kuntatt ma' persuna li rriżultat fil-pożittiv.  Hija kellha sintomi ta'  sogħla u uġigħ ta' ras. Il-każ l-ieħor huwa ta' mara ta' 24 sena li tgħix ma' persuna li wkoll irriżultat fil-pożittiv.  Hija kellha qtugħ ta' nifs, għejja u uġigħ ta' ras. 

Dwar iċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika sostniet illi hawnhekk ħafna se jtemmu il-kwarantina llum f'nofs il-lejl. Hija qalet illi minn 50  każ hawnhekk, 47 fiequ u ħarġu mill-kwarantina, ħamsa fiequ u għadhom fl-aħħar ftit jiem ta' kwarantina filwaqt li żewġ każi għadhom attivi.

More in Politika