Tliet każi ġodda ta' Covid-19: Omm u binha kif ukoll raġel Għawdxi bla sintomi

Minn naħa l-oħra fiequ sitt persuni oħra biex issa hawn 65 każ attiv f'Malta

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm sitt persuni oħra li fiequ mill-Covid-19 f'pajjiżna għal total ta' 419.  Dan fid-dawl li saru 1,137 test ieħor li minnhom kienu tlieta li rriżultaw fil-pożittiv biex b'kollox mill-ewwel każ sal-lum ħadu l-virus 489 persuna f'Malta, b'65 każ li huma attivi bħalissa. 

Dawn il-każi huma:  Mara Maltija u binha li jgħix magħha li iżda diġa' kienu fi kwarantina minħabba li kellhom kuntatt ma' persuna bil-Covid-19.  Il-mara kellha sintomi ta' wġigħ fil-ġogi u għejja kif ukoll nuqqas ta' xamm. 

It-tielet każ kien ta' raġel Għawdxi li ma kellux sintomi iżda li sarlu test u li rriżulta fil-pożittiv. 

Waqt il-konferenza li qed tagħmel kuljum is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi qed isiru aktar testing issa aktar fuq dawk li ma jkollhomx sintomi. 

More in Politika