Ħu nifs aħjar u aktar nadif ... L-IEA bi previżjonijiet tal-akbar daqqa 'l isfel fl-emmissjonijiet

Id-domanda għall-elettriku se tonqos bil-qawwi kif se jonqsu l-emmissjonijiet fl-arja, tgħid l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija

Il-pandemija Covid-19 u l-fatt li miljuni jinsabu fuq lockdown se jfisser illi l-emissjonijiet globali se jonqsu b'rekord ta' 8% din is-sena hekk kif tonqos id-domanda għaż-żejt, faħam u gass.  Dan ħabbritu l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA) li spjegat kif din il-previżjoni hija bbażata fuq analiżi tad-domanda għall-elettriku fuq medda ta' 100 jum, f'liema perjodu ħafna mid-dinja daħlet f'lockdown. 

Il-previżjonijiet huma li d-domanda għall-elettriku se tonqos b'6%, seba' darbiet aktar mill-kriżi tal-2008 u l-akbar tnaqqis, minn sena għall-oħra, mit-Tieni Gwerra Dinjija.

L-IEA qalet illi din hija daqs d-domanda għall-enerġija tal-Indja kollha.

Ekonomiji avvanzati mistennijin jaraw l-akbar tnaqqis, prinċiplament l-Istati Uniti bi tnaqqis previst ta' 11%.

"Dan huwa xokk storiku għad-dinja tal-enerġija," qalet l-IEA.  "It-tnaqqis għad-domanda taż-żejt, faħam u gass hija enormi."

Id-Direttur Eżekuttiv tal-IEA Fatih Birol qal iżda li meta wieħed jikkunsidra n-numri ta' nies li mietu dawn iċ-ċifri mhumiex raġuni  għal ċelebrazzjoni. 

 

More in Politika