Ħames każi ġodda u 36 oħra jfiequ mill-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa

It-total ta' każi attivi f'Malta issa jinżel għal 120

Fl-aħħar 24 siegħa minn 1,207 test li saru rriżultaw ħames każi ġodda ta' persuni bil-Covid-19 f'pajjiżna.  Fl-istess ħin, iktar aħbarijiet pożittivi, hekk kif fiequ 36 oħrajn biex b'kollox sa issa fiequ 339 persuna u b'hekk bħalissa hawn 120 każ attiv. 

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li dawn ir-riżultati tajbin  huma grazzi għall-fatt li n-nies qed iżommu l-iddistanzjar soċjali.

Dawn il-każi ġodda huma: Raġel Sudaniż li jgħix fil-komunità ta' 33 sena li kellu sintomi ta' sogħla, qtugħ ta' nifs, għejja u deni - raġel Malti ta' 45 sena li kellu griżmejh u li jaħdem f'dar tal-anzjani li iżda ma kellux kuntatt ma' pazjenti, imma ma' ħaddiema oħrajn - Żewġ nisa li t-tnejn ma kellhomx sintomi - waħda taħdem f'uffiċċju u oħra fl-Isptar Mater Dei.  

Dwar iċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far Gauci qalet illi lbieraħ saru 96 test illi minnhom ħadd ma rriżulta fil-pożittiv.

 

More in Politika