'Anke dawk li mietu fgati fil-baħar għandhom isem u wiċċ' - il-midja tal-Vatikan

 Il-Vatikan jippubblika l-ismijiet tal-immigranti li mietu fil-ġranet tal-Għid

Ir-ritratt ippubblikat fuq l-Avvenire
Ir-ritratt ippubblikat fuq l-Avvenire

"Mietu bħal ma jmutu l-minsija, sebgħa minnhom għerqu.  Kienu tnax imma llum m'għadhomx numru.  Sitta minnhom għandhom wiċċ u isem:  Filimon Bashay - Hdru Yemane - Omer Seid - Debesay Rusom - Huruy Yohannes - Mogos Tesfamichael ."

Hekk jibda artiklu fuq il-midja tal-Vatikan avvenire.it li jirrapporta dwar l-għarqa li ħalliet numru ta' nies bla ħajja fil-ġranet tal-Għid u li jikkwota nies li għadhom ħajjin u li raw quddiem għajnejhom it-traġedja tiġri. 

L-artiklu jkompli jiżviluppa billi jitfa' ħarsa pujuttost kerha fuq pajjiżna hekk kif ifakkar illi dawn l-immigranti tħallew għal riħhom għal ħamest ijiem, sħaħ "minkejja l-appelli tal-Knisja Maltija.  "Kien nhar il-Ġimgħa l-Kbira l-Jum ta' Pilatu," ikompli l-artiklu, "meta vapur misterjuż kien għaddej, vapur li telaq minn Malta, u sebgħa mill-immigranti qabżu fil-baħar b'mewġ għoli żewġ metri biex jgħumu sal-vapur il-kbir."

L-istess artiklu jikkwota lil kaptani Taljani jgħidu li l-Maltin qatt ma taw informazzjoni dwar dan is-salvataġġ partikolari, filwaqt li jispjega kif f' Malta infetħet kwerela kontra l-Forzi Armati u anke l-PM bl-akkuża ta' tentattiv ta' qtil.   Wara l-mewt ta' dawn l-immigranti, l-NGO Alarmphone allegat illi f'operazzjoni fuq il-baħar l-AFM kienet qatgħet il-konnessjoni bejn il-P52 u dgħajsa mimlija immigranti.  Kien l-immigrant fil-fatt illi għamel dawn l-allegazzjonijiet. 

Intant il-ġimgħa l-oħra waslet informazzjoni għand Repubblika li tista' tneħħi kull akkuża ta' tentattiv ta' qtil kontra l-AFM.  Din l-informazzjoni, li sa issa għadha ma saritx pubblika, ingħtat lill-Maġistrat Joe Mifsud, li qed imexxi l-każ li fetħet l-istess għaqda.

 

 

 

More in Politika