31% ta' min iħaddem jemmnu li wara l-1 ta' Mejju se jiżdiedu dawk li jispiċċaw bla xogħol

u 58% infurzaw leave pro-rata jew qed jużaw il-leave kollu tal-ħaddiema tal-2020

Minn stħarriġ li sar fost dawk li jħaddmu -  mill-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min iħaddem (MEA)  - jirriżulta li 31% tal-impjegaturi jemmnu li wara l-1 ta' Mejju dawk li se jitilfu x-xogħol se jkomplu jiżdiedu.  Minn naħa l-oħra 45% qalu li mhumiex ċerti hux se jiżdiedu it-tkeċċijiet mix-xogħol, grazzi għall-kriżi ekonomika kkawżata mill-Covid-19. 

Dan it-tħassib jiġi wara li skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f'Marzu l-qgħad żdied b'20% meta mqabbel ma' Marzu tas-sena l-oħra.

Minn dawk li pparteċipaw 72% qalu li ma poġġewx lill-ħaddiema tagħhom taħt leave mhux imħallas filwaqt li 6% tal-impjegaturi poġġew lill-ħaddiema fuq leave bla ħlas minħabba l-virus.

Minn dawk li rrispondew 9% biss qalu li keċċew lin-nies.

Dan l-istħarriġ juri wkoll illi 40% tal-kumpaniji għadhom qed joperaw b'sigħat full time, 24% fuq sigħat imnaqqsa filwaqt li 58% tal-kumpaniji infurzaw il-leave pro rata jew il-leave kollu tal-2020


 

More in Politika