Il-kumitat li kellu jipproponi bidliet fil-qasam tal-kostruzzjoni lesta xogħlu u ħejja rapport

Dan il-kumitat twaqqaf mill-Prim Ministru Robert Abela jumejn wara l-mewt ta' Miriam Pace

Il-Kumitat li twaqqaf mill-Prim Ministru biex jirrevedi l-prattiċi tal-industrija tal-kostruzzjoni lesta x-xogħol tiegħu u anke ħejja rapport kif mitlub.

Robert Abela qal dan waqt il-programm Xtra, meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet ta' Saviour Balzan dwar is-settur tal-kostruzzjoni, fosthom dwar il-mewt ta' Miriam Pace.

"Il-kumitat ikkonkluda ir-rapport," saħaq Abela. Dan il-Kumitat kellu jistudja jekk il-qafas regolatorju hux biżżejjed imma wkoll iħares lejn il-prattiċi ta' sigurtà fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Il-Kumitat kien immexxi mill-eks Imħallef Lawrence Quintano u kien jinkludi wkoll lil Adrian Mifsud - lekċerer u inġinier ġeotekniku, Mario Cassar li huwa espert tal-Qorti u l-avukat Mark Simiana. 

Dan twaqqaf jumejn wara l-mewt ta' Miriam Pace li sfat mirduma wara dik li kienet id-dar tagħha, biswit sit ta' kostruzzjoni.

Erba' persuna tressqu l-Qorti dwar dan il-każ, inkluż il-perit u s-site technical officer. Dawn kienu akkużati bi qtil involontarju.

Aqra wkoll:

Il-Prim Ministru jisħaq li s-settur tal-kostruzzjoni se jkun kruċjali għall-ekonomija wara l-pandemija

More in Politika