Il-gvern qed iħallas kważi €55 kull sodda lid-Downtown Hotel fejn qed jinżammu pazjenti anzjani

Il-Ministru Camilleri jgħid illi dan il-pass juri li l-Gvern qed jagħmel dak kollu possibbli "sabiex jissalvagwardja s-saħħa tal-anzjani"

Il-Ministru Camilleri
Il-Ministru Camilleri

Il-Gvern qed iħallas lis-sidien tad-Downtown Hotel €54.79 għal kull sodda wżata minn anzjani li wara ftehim bejn iż-żewġ partijiet se jkunu qed jiġu rilokati lejn il-lukanda, sabiex Steward Healthcare tkun tista' tbiddel il-ward tal-Ġerjatrija f'waħda li tilqa' pazjenti bil-Covid-19. 

Dan żvelah il-Ministru ta' Għawdex Clint Camilleri fi Tweġiba Parlamentari mogtġija llum għall-Mistoqsija Parlamentari td-DEputat Jason Azzopardi.  Il-Ministru qal illi l-prezz jinkludi l-użu esklussiv tar-Restaurant u cafeteria li ser jintużaw bħala multi-purpose hall u canteen għall-istaff kollu, residenti kif ukoll għall-viżitaturi - Foyers li jinkludu l-entratura u ir-reception area -  Il-liftijiet kollha tal-passiġġieri -  Il-kċina u l-food assembly area - Toilets -  Żona ta 'separazzjoni ta' l-iskart’ -  Kappella u l- aċċess għall-parkeġġ taħt l-art. 

"Dan il-pass, li fi kliem l-Oppożizzjoni stess ġie deskritt bħala wieħed ‘importanti’, jkompli juri kif il-Gvern qed jagħmel dak kollu possibli sabiex jissalvagwardja s-saħħa ta’ l-anzjani tagħna waqt li fl-istess ħin ikompli jipprepara għall-ġlieda kontra l-Covid 19," qal il-Ministru Camilleri. " Fil-fatt dan ser iwassal sabiex ammont sostanzjali ta’ sodod fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex ser ikunu jistgħu jiġu dedikati għall-pazjenti milquta mill-Covid-19; kollox skond ir-rakkomandazzjonijiet li qed isiru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u mill-Covid-19 Task Force."

 

More in Politika