Tmienja oħra jfiequ għal total ta' 99 u erba' każijiet ġodda ta' Covid-19

Iktar persuni jfiequ mill-virus u erba' każi ġodda, tlieta minnhom immigranti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far

Tmien persuni oħra fiequ mill-virus biex in-numru ta' nies li fiequ sa issa tela' għal 99. 

Intant Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi kien hemm erba' każijiet ġodda - li tlieta minnhom huma immigranti f'Ħal Far.  Dawn huma kollha rġiel, wieħed mis-Sudan u tnejn mill-Bangladesh biex b'kollox il-każijiet fiċ-Ċentru Miftuħ tela' għal 35.

Il-każ il-ġdid l-ieħor huwa ta' raġel Taljan u dwar dan il-każ qed isir contact tracing kif ukoll ittestjar fuq persuna li tgħix miegħu

"Qed nikkontrollaw is-sitwazzjoni, vera.  Imma nżommu mad-direttivi, ma noħrġux ħalli ma jerġgħux jiżdiedu l-każijiet.  Ibżgħu għall-anzjani u dawk b'mard kroniku," temmt tgħid Gauci.

More in Politika