Sitt każi ġodda ta' Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa għal total ta' 399

Tlieta minn dawn is-sitta huma rġiel fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far

Waqt konferenza tal-Aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw sitt każi ġodda ta' Covid-19 f'Malta għal total ta' 399 każ, li minnhom 44 rkupraw mill-virus. 

Minn dawn, nofshom jew tlieta, huma immgranti li qegħdin fiċ-Ċentru miftuħ ta' Ħal Far - Wieħed minnhom huwa raġel mill-Bangladesh, ieħor mill-Eritrea u ieħor mis-Senegal. 

Imbagħad kien hemm żagħżugħ Malti ta' 21 sena li huwa student u li kellu biss ftit kuntatt - li minnu instabet persuna waħda pożittiva.  Għawdxija li taħdem f'lukanda ukoll instabet pożittiva kif instab raġel ta' 60 sena li jaħem mal-Gvern, f'uffiċċju u li kellu uġigħ ta' ras, fost is-sintomi

Hija kkonfermat li l-ġimgħa l-oħra kien hemm każ ta' ħaddiema li rriżulta fil-pożittiv fil-Freeport u qalet illi ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha.

Gauci qalet illi għadu kmieni biex jibdew jiddaħħlu lura ċerti servizzi hekk kif qalet illi l-pajjiż għadu tiela' l-kurva ta' każijiet.  

More in Politika