Il-FSWS tiddisassoċja ruħha mill-kummenti tal-Kap Eżekuttiv tagħha stess

Meta kien qed jikkummenta dwar vapur ta’ NGO li jsalva lin-nies milli jmutu fil-baħar, kiteb: “Naqbdulhom il-vapur u ngħerrquhulhom"

Il-Bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali ħareġ stqarrija biex jiddisassoċja ruħu mill-kumment li għamel il-Kap Eżekuttiv tagħha, Alfred Grixti.

Il-Fondazzjoni saħqet li Grixti għamel dawn il-kummenti fil-kapaċità personali tiegħu u dan bl-ebda mod ma jirriflestti l-valuri tal-Fondazzjoni.

Teniet l-impenn tagħha u tat-tmexxija li taħdem “b'risq id-dinjità  umana mingħajr favuri jew diskriminazzjoni.”

Dan wara li l-istess Grixti, meta kien qed jikkummenta dwar vapur ta’ NGO li jsalva lin-nies milli jmutu fil-baħar, kiteb: “Naqbdulhom il-vapur u ngħerrquhulhom!

More in Politika