Jitilgħu għal 33 il-multi mogħtija għal dawk li kisru l-kwarantina mandatorja

Fl-aħħar 24 siegħa, persuna waħda nqabdet tikser il-kwarantina mandatorja

Fl-aħħar 24 siegħa, persuna waħda nqabdet tikser il-kwarantina mandatorja hekk kif komplew l-ispezzjonijiet li qed isiru bil-għan li jkun assigurat li ħadd ma jikser il-kwarantina biex jonqos ir-riskju tat-tixrd tal-Covid-19.

B'kollox, il-Pulizija, flimkien mal-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tas-Saħħa, f'ġurnata waħda, għamlu 492 spezzjoni.

Hekk minn meta bdew isiru l-ispezzjonijiet, ingħataw 33 multa.

Intant, waqt 340 spezzjoni f'Malta u 140 spezzjoni f'Għawdex fuq l-istabbilimenti li mhux suppost qed jiftħu, ħadd ma nstab li kien qed jikser l-ordnijiet mogħtija.

S'issa, b'kollox, saru 5,170 spezzjoni f'Malta u 1,300 f'Għawdex.

More in Politika