Il-Qorti se tagħlaq ukoll minħabba it-tixrid tal-coronavirus

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar l-għeluq tal-qrati tal-ġustizzja mit-Tnejn li ġej

Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħabbar l-għeluq tal-qrati tal-ġustizzja mit-Tnejn li ġej minħabba t-tixrid tal-Coronavirus.  Minkejja dan iżda, il-qrati tal-ġustizzja għandhom is-setgħa li jiftħu u jisimgħu każijiet urġenti jew każijiet li l-imħallfin u l-maġistrati jħossu li huma fl-interess pubbliku.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li din id-deċiżjoni ttieħdet bi qbil mal-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-President tal-Kamra tal-Avukati Louis de Gabriele.

Il-Qorti b'hekk tingħaqad mal-iskejjel, l-Università, ċentri tat-tfal għal matul il-jum kif ukoll ħafna negozji privati - l-aktar barijiet u ristoranti - li qed jgħalqu l-bibien tagħhom.

More in Politika