Ir-raba' każ ta' coronavirus ... mhux persuna relatata mal-ewwel każ

Ir-raba' każ ta' coronavirus - il-pazjent ukoll kien ġej mill-Italja ta' Fuq

Illejla l-Ministeru tas-Saħħa kkonferma illi Malta għandha r-raba' każ ta' pazjent bil-Coronavirus. Din il-persuna hija barranija u kienet ġejja mill-Italja, simili għall-ewwel tliet każi ta' persuni bil-Coronavirus.  Fl-ewwel każ, familja li marret vaganza fi Trentino kellha titpoġġa taħt kwarantina - bit-tifla l-ewwel u l-ġenituri warajha - jieħdu din il-marda.

Il-Ministeru tas-Saħħa appella għall-kalma u responsabbilità "għaliex m’hemm ebda lok għall-allarm jew paniku."

L-istqarrija tgħid li r-raġel jinsab f'qagħda tajba ta' saħħa imma tispeċifikax jekk dan il-pazjent kienx fi kwarantina jew le, jew meta tpoġġa taħt kwarantina.

 

More in Politika