Il-PN jgħid li l-bypass bejn ir-Rabat u Marsalforn se jkun sfreġju ambjentali ieħor

Il-PN qal ukoll li kien jappella lill-Ministru l-ġdid ta' Għawdex biex "din il-qerda ma ssirx u jsib soluzzjonijiet alternattivi"

Fi stqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista għamel referenza għal diskussjoni li għamlu numru ta' għaqdiet ambjentali fl-aħħar sigħat dwar ix-xogħol fuq t-triq li twassal mir-Rabat Għawdex sa Marsalforn fejn se jinqerdu mal-180 siġra.

Il-PN kompla jgħid li "huwa sfreġju ambjentali ieħor wara dak li qed jiġri fil-proġett tas-Central Link, din id-darba f'Għawdex." Semma wkoll li l-Oppożizzjoni kienet qed tappella lill-Ministru l-ġdid ta' Għawdex biex jieħu passi sabiex "din il-qerda ma ssirx u jsib soluzzjonijiet alternattivi."

Il-PN saħaq wkoll li din is-sitwaazjoni hi l-ewwel test għall-Ministru l-ġdid ta' Għawdex. Ikkonkluda l-istqarija billi qal li huwa kien qed jistieden lill-Gvern biex jgħid jekk; "saritx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent għax-xoghol li jrid isir fuq it-triq ta' Marsalforn u jekk ma saritx din l-applikazzjoni x'kienet r-raguni għaliex ma saritx."

More in Politika