Paul Buttigieg, is-Sindku tal-Qala, jgħid li se jaghamel dak kollu possibbli biex jitwaqqaf il-proġett f'Ta Kassja

Dan jiġi ftit wara l-każ kontroversjali tal-bini ta villa fil-Qala f'art ODZ, fuq il-fdalijiet ta' kamra abbandunata

Is-sit taż-żvilupp f'Ta Kassja
Is-sit taż-żvilupp f'Ta Kassja

Ftit sigħat ilu fur is-Sindku tal-Qala fuq post f’Facebook, Paul Buttigieg ħabbar li l-Kunsill Lokali tal-Qala rreġistra oġġezzjoni kontra l-applikazzjoni ta’ żvilupp f'Ta Kassja.

Dan iż-żvilupp li qed jirreferi għalih Buttigieg hu l-każ kontroversjali ta' żvilupp kbir f'ODZ ħdejn il-Qala. Dan jibni fuq dak li kien qal f’artiklu mal-gazzetta ILLUM meta saħaq li “l-Kunsill se jkun qiegħed jappella mid-deċiżjoni xorta u se jitlob li l-permess ikun revokat”. Fl-artiklu, Buttigieg kien qed jitkellem fuq l-iżvlupp kontroversjali tal-bin ta' Villa f'post fejn kien hemm fdalijiet ta' kamra.

Buttigieg fil-post tiegħu ikkonkluda jgħid li hu, flimkien mal-Kunsill kienu ħa jagħmlu minn kollox biex jieqaf dan il-proġett u li l-Kunsill kien beħsiebu jagħmel konferenza fis-sit, flimkien ma’ protesta fl-istess ħin.

 

More in Politika