Mandat ta' arrest kontra Keith Schembri ... jgħid li ma kienx notifikat

Jinħareġ mandat ta' arrest kontra l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri, jgħid ma kienx notifikat

Il-Maġistart Lawrence Mintoff dalgħodu ħareġ mandat ta' arrest kontra Keith Schembri wara illi ma setax jittella' bħala xhud fil-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia hekk kif ma marx jixhed. Minkejja dan, quddiem id-dar tiegħu Keith Shcembri qal li ma kienx notifikat. 

Fl-aħħar smigħ Yorgen Fenech, negozjant u sid tal-kumpanija 17 Black allega illi Keith Schembri, deskritt minn Melvin Theuma bħala ħabib kbir tal-istess Fenech, kien qed jgħaddilu informazzjoni tal-investigazzjoni fil-qtil ta' Caruana Galizia minn dak li kien qed, allegatament, jgħidlu l-Ispettur Keith Arnaud. 

Illum Fenech qed jiffaċċja il-kontro-eżami tal-avukat Victoria Buttiegieg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

Fenech qed ikun akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u kien ukoll Direttur tal-kumpanija Electrogas li rebħet it-tender biex tibni u tmexxi l-Power Station ta' Delimara. Dak ta' dalgħodu iżda huwa l-każ li fetaħ l-istess Fenech kontra l-ispettur Arnaud biex dan ma jibqax ikun parti mill-każ kontrih fil-qtil tal-ġurnalista. Fenech qiegħed jinsisti li matul iż-żmien kien qed isir dejjem aktar ċar illi Arnaud u Schembri għandhom ħbiberija u l-Ispettur kien qed jgħaddi informazzjoni lill-eks Chief of Staff. 

Ara x'qed jiġri fil-Qorti fil-każ ta' Fenech kontra Arnaud hawnhekk

More in Politika