Qorti | Interdettjat u misjub ħati ġħax ixxaħħam għal kaxxa xorb 'tar-Ramadan'

Uffiċjal tad-dwana jinstab ħati wara illi fl-uffiċċju tiegħu nstabet xarba li qal illi tiiteħed minn persuni Musulmani fir-Ramadan

Tip ta' xarba li tinxtorob fir-Ramadan (mhux neċessarjament din hija x-xarab msemmija fl-artiklu)
Tip ta' xarba li tinxtorob fir-Ramadan (mhux neċessarjament din hija x-xarab msemmija fl-artiklu)

Uffiċjal tad-Dwana rtirat kienet interdettjat għall-ħajtu u ngħata sentenza ta' xogħol fil-komunità, wara li aċċetta illi jixxaħħam għal xarba ħelwa partikolari. 

Ir-raġel ta' 64 sena minn Ħaż Żebbuġ ammetta li kien aċċetta li jixxaħħam mir-raġel Libjan, biex iħallieh jidħol f'żona ristretta tal-ajruport fis-sezzjoni tal-merkanzija.  

Fl-2016 il-Prosekuzzjoni, dakinhar immexxija mill-ispettur Jonathan Ferris qalet lill-maġistrat illi nhar il-5 ta' Settembru 2013 raġel Libjan kien osservat dieħel f'din iż-żona u jieħu bosta kaxxi mingħajr ma jkun mwaqaf jew sfidat mill-uffiċjal tad-dwana. 

L-uffiċjal tad-Dwana qal illi l-Libjan kien qed jieħu 12-il kaxxa fuq it-trolley, iżda fuq il-kameras CCTV deheu biss 11-il kaxxa. 

Wara tfittxija din il-kaxxa nstabet fl-uffiċċju tal-akkużat. Hu qal li din ix-xarba kienet ħażina u spjega kif din ix-xarba tinxtorob minn persuni Musulmani matul il-perjodu tar-Ramadan. 

 

More in Politika