Eks suldat akkużat li qatel lill-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, jiġifieri li spara u qatel kemm lill-ġurnalist u anke lis-sieħba tiegħu.
Kuciak u s-sieħba tiegħu Martina Kusnirova nstabu mejta fid-dar tagħhom fi Frar 2018.
Meta nqatel, Kuciak kien qiegħed jaħdem fuq storja dwar l-allegat rabta bejn politiċi Slovakki u l-mafja Taljana u marbuta magħha rregolaritajiet f’fondi tal-Unjoni Ewropea dwar il-bidja.
Madanankollu rapporti fuq siti internazzjonali qed jisħqu li Kuciak x'aktarx li nqatel wara l-aħħar artiklu li ppubblika u li kien jitratta r-relazzjoni suspettuża bejn l-akkużat, li huwa żviluppatur u l-partit fil-Gvern Smer-SD.