Illejla, il-Partit Demokratiku se jkun qed jiċċelebra Earth Hour bl-użu tax-xemgħat fl-attività li se jkollu fil-pjazza tal-Mqabba f’ħanut tax-xorb li jinsab fi Triq San Bażilju. Waranofsinhar illum, il-kap tal-PD l-On Dr Godfrey Farrugia se jkun qed iħawwel siġra tar-rand biex ifakkar l-okkażjoni.
“Fi żmien meta d-dinja qed tiffaċċja kriżi fil-klima dejjem teskala, huwa kruċjali li kull individwu u organizzazzjoni jaqdu dmirhom biex jagħmlu differenza, żgħira kemm hi żgħira,” stqarr il-kap tal-PD l-On Dr Godfrey Farrugia.
“Kuljum, imma speċjalment illum, irridu nagħmlu l-biċċa tagħna biex intaffu l-impatt tagħna fuq id-dinja. Ħafna nies diġà bdew jaħsbu bil-quddiem u jieħdu l-basktijiet tax-xiri magħhom meta jagħmlu x-xirja biex inaqqsu l-ammont ta’ plastik li jintuża. Anqas ma nużaw, anqas jipproduċu. Ma nistgħux nikkunsidraw irwieħna umanitarji jekk m’aħniex ukoll ambjentalisti,” stqarret il-kandidata għall-Ewropa Cami Appelgren.
-