Filmat: L-istaġun tal-kaċċa magħluq iżda t-tiri ma jifqux

Bagħdan Aħmar, Spanjulett u Ċiefa fil-mira ta' kaċċaturi fl-aħħar jiem

BirdLife Malta ppubblikat filmat li juri tliet tajriet protetti li kienu fil-mira ta' kaċċaturi fl-aħħar jiem u dan minkejja li bħalissa l-kaċċa mhijiex permessibbli.

Dawn it-tliet tajriet, Bagħdan Aħmar, Spanjulett u Ċiefa, intlaqtu minn tiri matul tmiem il-ġimgħa li għadda u nstabu minn membri tal-pubbliku.

"Il-kaċċa bħalissa mhijiex permessibbli, iżda anke staġun magħluq diġà qed jirriżulta f'illegalitajiet...aħseb u ara meta jinfetaħ," saħqet BirdLife.

BirdLife Malta qed topponi bil-qawwa s-suġġeriment tal-għaqdiet tal-kaċċaturi li l-Gvern jiftaħ staġun tal-kaċċa għall-Gamiem tul ir-rebbiegħa u saħansitra dwar dan bagħtet ittra lill-Prim Ministu.

More in Politika