58 tarbija se jkunu twieldu minn ċikli ta’ IVF li saru fl-2018 f’pajjiżna kemm f’Mater Dei, kif ukoll ċikli li saru fil-privat.
Din l-informazzjoni ngħatat miċ-chairperson tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, hekk kif ġie ppreżentat ir-rapport ta’ ħidma tal-istess awtorità, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
B’kollox matul l-2018, saru 246 ċiklu ta’ IVF, li rriżultaw f’56 tqala (22.76%), li 4.07% minnhom korrew.
Għaldaqstant, ir-rata ta’ trabi li twieldu (take-home baby rate) għall-2018 kienet ta’ 18.70%, żieda ta’ 1.92% fuq is-sena ta’ qabel.
F’Ottubru tas-sena li għaddiet daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida tal-IVF, bid-Deputat Prim Ministru jisħaq li l-maġġoranza assoluta tal-koppji li għamlu l-IVF f’Ottubru għażlu li jużaw din il-liġi l-ġdida u jiffertilizzaw ħames bajdiet.
“Fil-fatt minn 34 koppja, 27 għażlu li jużaw l-emendi l-ġodda”, qal id-Deputat Prim Ministru.