Diversi laqgħat bejn l-AD u l-PD; Jaqblu li jikkordinaw l-isforzi politiċi

Minkejja dan iż-żewġ partiti insistew li mhux il-mument opportun li jifformalizzaw ir-relazzjoni tagħhom

Wara talba li għamlet l-Alternattiva Demokratika, fl-aħħar ġimgħat saru diversi laqgħat mal-Partit Demokratiku li matulhom iż-żewġ partiti raw kif jistgħu jikkoperaw u jaħdmu flimkien.

Fi stqarrija konġunta, iż-żewġ partiti qablu li mhux il-mument opportun li jifformalizzaw ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partiti.

Madanakollu, huma qablu li jikkoordinaw l-isforzi politiċi tagħhom bil-għan li fi kliemhom jaqdu l-pajjiż bl-aħjar mod possibbli.

Intant, aktar tard, id-Deputat Kap tal-Partit Demokratiku, Timothy Alden, ħeġġeġ lil dawk li se jivvutaw lill-Partit Demokratiku biex ikomplu jivvutaw lill-kandidati tal-Alternattiva Demokratika u jekk iridu jkomplu fuq il-partiti l-kbar.

More in Politika