Aġġornata | L-artiklu li fih Debono jgħajjar lill-Prim Ministru 'korrott' u 'ġidra' jitneħħa

'Minn dejjem ġidra kont' - Franco Debono jgħid lil Muscat ... jgħid ukoll illi s-siegħa tiegħu waslet

L-eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono kompla jiftaħ l-attakk fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat, illum wara nofsinhar fi blogg illi fih saħansitra għajjar lill-Prim Ministru 'ġidra'. 

Din id-darba huwa akkuża lil Muscat illi huwa l-aktar Prim Ministru korrott illi qatt kellha Malta. 

Il-messaġġ ta' Debono jgħid hekk: 

"Joseph Muscat se jibqa' mfakkar bħala l-aktar politiku korrott fl-istorja ta’ Malta.

Is-siegħa tiegħi waslet. Inti mxejt kif jien kont prevedejt. Il-lixka blajtha sa griżmejk għax minn dejjem ġidra kont.

Għada nitkellmu aħjar Mr. Corruption."

Dan huwa l-blogg li kiteb

Jidher iżda li dan l-artiklu m'għadux qed jidher fuq il-blogg ta' Debono.

More in Politika