Il-PD jitlob li ssir konsultazzjoni suret in-nies dwar il-proġett tal-mina bejn il-gżejjer

'Inkredibbli n-nuqqas totali ta’ parteċipazzjoni pubblika fi proġett b’impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soċjali ta’ Għawdex,' isostni l-Partit Demokratiku

Il-post li se jagħmel spazju għall-bokka tal-mina
Il-post li se jagħmel spazju għall-bokka tal-mina

"Stqarrijiet pubbliċi riċenti jindikaw li l-mina bejn Malta u Għawdex, kif proposta bħalissa, hija fatt kompjut. Inkredibbli n-nuqqas totali ta’ parteċipazzjoni pubblika fi proġett b’impatt daqstant qawwi fuq in-nisġa soċjali ta’ Għawdex. L-ambjent tal-gżira, il-ħajja, il-kapital fiżiku u soċjali se jinbidlu għal dejjem u mhux għall-aħjar." Hekk stqarret il-kandidat għall-Parlament Ewropew Camilla Appelgren.

Intant il-Kandidat l-ieħor tal-PĠD Martin auchi Inglott sostna li ġaladarba l-Gvern għandu mandat elettorali għal konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer, hemm bżonn li jsiru l-istudji kollha fuq l-impatt ambjentali u kwistjonijiet teknoloġiċi. Staqsa jekk il-Gvern ħasibx f’xi teknoloġija differenti minn mina mħaffra, li ma jkollhiex impatt daqshekk negattiv fuq l-ambjent. 

“Il-mod kif dawn il-proġetti kbar qed jiġu ppreżentati lill-pubbliku meta d-deċiżjonijiet il-kbar kollha ttieħdu, jagħtuk sens ta’ rassenjazzjoni, li rridu ngħelbu. Ma nistgħux inħallu proġetti bħal dawn jiġu ppreżentati lilna qishom fatt komplut,” qal il-kandidat għall-Ewropa Anthony Buttigieg.

 

 

More in Politika