Hannah Pace tagħmel unur lil pajjiżna fit-tellieqa 'IRONMAN' fid-Dubaj

Din hija il-ħames tellieqa Ironman 70.3 ta’ Pace u dan huwa il-ħames podju li kisbet fuq din id-distanza li tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9 kilometru, rotta fuq 90 kilometru bir-rota u nofs maratona.

Hannah Pace
Hannah Pace

It-triatleta Hannah Pace illum ħadet sehem fit-tellieqa Ironman 70.3 ġewwa Dubai,  fil-kategorija tal-25-29 sena. Din il-kategorija hia meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin mill-kategoriji kollha u rat lil Pace tikkompeti ma ħamsa u tletin atleta nisa oħra.

Din hija il-ħames tellieqa Ironman 70.3 ta’ Pace u dan huwa il-ħames podju li kisbet fuq din id-distanza li tikkonsisti f’għawma ta’ 1.9 kilometru, rotta fuq 90 kilometru bir-rota u nofs maratona.

It-tellieqa bdiet bl-għawma fil-baħar f’Jumeirah Public Beach. Pace  kienet it-tielet mara li ħarġet mill-ilma f’ħin ta’ 28 minuta u 59 sekonda.

Din ġiet segwita minn 90 kilometru fuq ir-rota mifruxa fuq żewġ dawriet ta’ 45 kilometru fil-qalba tal-belt qabel ma ħarġu lejn id-desert. Ir-rotta ċatta kienet waħda magħġġla li tat ftit ċans ta’mistrieħ għal-atletli.  Pace spiċċat din it-taqsima f’ħin ta’ sagħtejn, disa u għoxrin minuta u seba u tletin sekonda – pass ta’ madwar 36.16 kilometru fis-siegħa.

Matul it-tellieqa is-sħana, li laqħet madwar 30 grad, bdiet tolqot lil ħafna atleti. Ir-rotta ta’21km ġiri madwar Jumeirah Public Beach kienet sfida iebsa u Pace stqarret li ħawn daħlet il-ħila mentali wkoll.

Pace temmet it-tellieqa f’ħin totali ta’ 4 sigħat 49 minuta u 44 sekonda. B’da ir-riżultat hi ħadet it-tieni post fil-kategorija tagħha.

“Din ċertament ma kinitx l-aktar tellieqa faċli. Minbarra l-fatt li din kienet tellieqa off season għalija il-preparazzjonijiet saru f'kundizzjonijiet tax-xitwa Maltija u għalhekk is-sħana ta’ Dubai kienet daqsxejn ta' xokk għas-sistema tiegħi. Madanakollu ninsab soddisfatta ħafna bil-prestazzjoni tiegħi llum u kuntenta li erġajt ġibt trofej f’isem Malta għal darb'oħra! ”temmet Pace wara it-tellieqa.

Il-parteċipazzjoni ta ’Pace fil-Ironman 70.3 saret possibbli permezz ta’ l-appoġġ ta’ Garmin Malta, Eurosport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Triathlon Malta u Team Barry.

More in Politika