Il-Carabinieri f’Palermo arrestaw 15-il persuna akkużati, fost oħrajn, li kienu qed jinstigaw it-terroriżmu u anke minħabba rabtiet li seta’ kellhom mal-immigrazzjoni illegali.
Jidher li din l-organizzazzjoni li fiha kienu dawn l-irġiel, kienet titlob ħlas ta’ €2,500 għat-trasferiment tal-immigranti mit-Tuneżija għal Trapani.
Skont rapporti fuq siti tal-aħbarijiet Taljani, il-prosekutur pubbliku ta’ Palermo ddikjara din l-organizzazzjoni bħala waħda ta’ theddida għas-sigurtà nazzjonali hekk kif fost oħrajn kienet qed titrasferixxi persuni kriminali li jkunu mfittxija mill-Pulizija Tuneżina jew inkella li jkunu suspettati li għandhom rabtiet mat-terroriżmu.
L-istess organizzazzjoni kienet titraffika t-tabakk u kienet ukoll tiffinanzja l-bejgħ ta’ dinghies li jintużaw għat-trasferiment tal-immigranti.