Il-Gvern jirrapporta lill-Pulizija dwar stejjer foloz li jsemmu lill-PM u membri oħra tal-Gvern

Jidher li dawn l-istejjer kienu qed jintużaw biex jiġu rreklmati prodotti bħal bitcoin

Fi stqarrija, il-Gvern ħabbar li għamel rapport lill-Pulizija biex issir investigazzjoni fuq numru ta’ stejjer li dehru fuq l-internet, fosthom siti ta’ aħbarijiet foloz u li fihom kienu msemmija l-Prim Ministru u esponenti oħra tal-Gvern.

Jidher li dawn l-istejjer kienu qed jintużaw biex jiġu rreklmati prodotti bħal bitcoin.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li ħa u qed jieħu bis-serjetà ħafna dawn l-istejjer li għandhom għanijiet mhux biss frudulenti iżda anke li jippruvaw ipinġu xi dell ikrah billi jwasslu stejjer foloz.

More in Politika