Żewġt'aħwa l-Qorti wara ġlieda illi fiha ntużat pistola

Wieħed mill-aħwa ħareġ pistola u hedded lil ħuħ wara li dan tah daqqa ta' ponn f'għajnejh

Żewġt'aħwa, wieħed ta' 62 sena u ieħor ta' 67 sena, kienu akkużati illi waqt battibekk heddew lil xulxin dwar għalqa f'Ħal Qormi. 

It-tnejn ġew fl-idejn wara ġlieda kbira f'Tal-Ħandaq, b'wieħed mill-akkużati jaqla' daqqa ta' ponn f'għajnejh u allegatament wara hedded lil ħuħ b'pistola. 

Dan kien akkużat illi kien qed iġorr arma, li użaha kontra perusna oħra, li ma kellux liċenzja biex iżommha, li attakka u hedded lil ħuħ u li kiser il-paċi pubblika. 

Il-persuna l-oħra kienet akkużata li weġġa lil ħuħ, insultah, heddu u li kiser il-paċi pubblika. 

Iż-żewġt'irġiel wieġbu li ma kienux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriehom. 

Il-maġistrat ta' lit-tnejn ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €300 u garanzija personali ta' €8,000.

More in Politika