Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca illum tagħlaq 60 sena.
Marie-Louise Coleiro Preca hija d-disa’ President tar-Repubblika ta’ Malta. In-nomina tagħha bħala President kienet, għall-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Nazzjonali Malti, approvata unanimament minn reżoluzzjoni parlamentari tal-Kamra tar-Rapppreżentanti li ttieħdet fl-1 ta’ April 2014, li mmarkat żvilupp fl-istorja kostituzzjonali ta’ Malta. Hija ħadet il-ġurament tal-President ta’ Malta fl-4 ta’ April 2014.
Fl-età ta’ 55 sena, Coleiro Preca hija l-iżgħar President tal-pajjiż, u hija t-tieni mara li okkupat il-kariga ta’ Kap ta’ Stat wara 32 sena.
Coleiro Preca se tħalli l-kariga f'April li ġej hekk kif jagħlaq it-terminu tagħha, dejjem sakemm il-PM ma jerġax jinnomina lilha bħala President tar-Repubblika.