Illum xehed it-tifel ta' Daphne Caruana Galizia, Matthew, fil-każ kontra tlieta minn nies li qed ikunu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia b'karozza bomba.
L-avukati tal-familja, fost oħrajn, oġġezzjonaw għall-mistoqsijiet dwar l-awtoritjiet Ġermaniżi u allura l-pussess li dawn għandhom tal-laptop li kienet tuża Daphne Caruana Galizia qabel inqatlet. Caruana Galizia qal li ma jaf xejn dwar il-laptop ħlief li dan ingħata lill-Pulizija Federali Ġermaniża.
Il-Qorti aċċettat it-talba tal-avukati tal-familja għaliex il-lap top ma kienx is-suġġett tal-eżaminazzjoni.
Matthew Caruana Galizia spjega ix-xena qabel inqatlet ommu. Spjega kif sema' l-karozza ta' ommu titlaq, tinxtegħel il-mużika u imbagħad l-isplużjoni. Jispjega wkoll ix-xena li sab meta ħareġ mid-dar, b'duħħan, plastik u biċċiet minn ġisem ommu jiġru mal-post.