Il-PD jitlob dibattitu urġenti fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station

Il-PD jisħaq li din hija kwistjoni ta' “importanza pubblika urġenti"

Il-Partit Demokratiku qed jitlob dibattitu urġenti fil-Parlament dwar ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-bini tal-power station.

It-talba tal-Partit Demokratiku tisħaq li r-rapport tal-Awditur Ġenerali “jqanqal dubji dwar kemm il-kuntratt tal-bini u l-operat tal-power station tal-gass ġo Delimara hu nadif u ngħata wara proċess trasparenti.”

Għalhekk, ġaladarba s-seduta tal-lejla hija l-ewwel waħda wara li ħareġ ir-rapport, il-PD se jkun qed jitlob dibattitu fuq dik li sejjaħ kwistjoni ta’ “importanza pubblika urġenti.”

Il-PD insista li l-għan tad-dibattitu għandu jkun li l-Parlament jiddetermina “r-responsabiltà politika li għandha tintrefa u jiddiskuti x'azzjoni u x'rimedji għandhom jittieħdu fid-dawl ta' dan ir-rapport.”

More in Politika