L-Air Malta se tkun qed toffri skont qawwi fuq destinazzjonijiet diversi, jekk issiefer bejn l-1 ta' Diċembru u l-31 ta' Marzu u għadek ma bbukjajtx. Biex tgawdi minn dan it-tnaqqis fil-prezz trid tixtri l-biljett tiegħek sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn li ġej f'nofsillejl.
L-iskont huwa fuq it-titjira minn Malta lejn id-destinazzjoni tiegħek u mhux fuq it-titjira ġejja lura.
L-iskont li qed toffri l-linja nazzjonali ta' pajjiżna hija fuq diversi destinazzjonijiet, fosthom: Malta-Brussell, Malta-Pariġi, Malta-Casablanca u Malta-Tel Aviv (-30%), Malta-Tuneż (-40%) u Malta-Frankfurt, Malta-Kiev u Malta-Malaga (-50%)
Ara aktar dwar destinazzjonijiet u offerti hawnhekk.