Il-Grupp db iwieġeb lil Simon Busuttil u jisħaq li jilqa' kwalunkwe investigazzjoni

Ilbieraħ, fil-Partament, Simon Busuttil talab investigazzjoni dwar it-trasferiment tal-art

Il-Grupp db, fi stqarrija ffirmata mill-Kap Eżekuttiv Arthur Gauci, wieġeb lill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li lbieraħ filgħaxija, fil-Parlament, talab investigazzjoni dwar it-trasferiment tal-art li fuqha kien hemm l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, biex tinbena lukanda ta’ 17-il sular u torri ta’ 38 sular, fost oħrajn.

Fl-istqarrija, Gauci ċaħad li l-Grupp db jaf, jew inkella kien parti minn xi prattiċi korrotti biex l-art ġiet trasferita u kien għalhekk li saħaq li jilqgħu kwalunkwe investigazzjoni nazzjonali u lesti jikkoperaw mal-awtoritajiet.

Sfida wkoll lil Busuttil biex jekk jgħaddi kwalunkwe informazzjoni li għandu lill-Pulizija jew inkella lill-maġistrat inkwerenti jekk tinfetaħ l-investigazzjoni.

Arthur Gauci saħaq li fil-każ tagħhom “għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta,” il-valur tal-art kien stmat mill-kumpanija internazzjonali tal-awditjar Deloitte.

Fakkar ukoll li l-Grupp db ma kellu l-ebda problema li t-trasferiment tal-art ikun investigat mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u li l-Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager ikkonfermat li t-traferiment tal-art sar f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.

Temm jisħaq li fl-aħħar ġimgħat stiendnu lill-politiċi u anke lill-ġurnalisti biex jaraw u jinvestigaw mill-viċin nil-kuntratt tat-trasferiment tal-art. Insista li sa issa ħadd ma’ laqa’ din l-istedina, inkluż Simon Busuttil

Intant,ilbieraħ, it-tribunal tal-appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar ordna li jiġu sospiżi ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-Grupp db sakemm jiġi konkluż l-appell.

 

More in Politika