79 persuna arrestati fi Spanja dwar bejgħ illegali ta' tonn maqbud minn Malta

F'sena nbiegħu mat-€12,500,000 f'tonn maqbud illegalment

79 persuni ġew arrestati mill-Pulizija Spanjola u qed ikunu akkużati li biegħu ‘l fuq minn 80,000 kilo ta’ tonn maqbud illegalment mill-ibħra Maltin u Taljani.

Skont rapport fuq midja internazzjonali, il-kumpaniji Spanjoli li qed ikunu implikati b’dan il-każ iffalsifikaw id-dokumenti u l-qbid tat-tonn kien jaqbeż il-kwoti impost fuq il-kumpaniji tas-sajd Maltin jew Taljani.

Ir-rejd tal-bieraħ seħħ f’diversi provinċji Spanjoli mill-Pulizija Spanjola u anke l-Europol, b’operazzjoni msejħa: “Operation Tarantelo.”

Qed ikun stmat li dan il-grupp kriminali ttraffika mat-2.5 miljun kilo ta’ ton li nqabad illegali. 

L-istess rapporti qed jisħqu li b’kollox daħlu mat-€12,500,000 mill-bejgħ illegali tat-tonn.

Apparti dawn l-akkużi, l-istess persuni qed ikunu akkużati wkoll b'nuqqasijiet sanitarji gravi anke fejn jidħol it-trasport tiegħu.

More in Politika