Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta u Ramblers Association Malta, flimkien mal- Qui si-Sana Resident’s Association, għamlu appell konġunt mat-Tribunal tal-Awtorità tal-Ambejnt u l-Ippjanar kontra l-approvazzjoni tal-iżvilupp ta’ bini ‘High-rise’ f’Townsquare f’Tas-Sliema.
L-appell ġie mħejji minn Dr Claire Bonello u l-Perit Carmel Cacopardo.
Fi stqarrja li ħarġu l-NGOs, huma sostnew li “Aħna kommessi li niddefendu l-interess tar-residenti u se nieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex nipproteġu l-ambjent tagħna”
L-NGOs fakkru lill-publiku dwar il-kummneti taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Ippjanar li din l-applikazzjoni kienet każ ta’ żvilupp eċċessiv b’żoni li diġà għandhom konġestjoni qawwija. L-NGOs jisħqu li wasal iż-żmien li tiġi ndirizzata l-kwistjoni tal-kapaċità u l-piz li jifilħu dawn iż-żoni, hekk kif iż-żoni fejn ġie propost l-iżvilupp lanqas bħalissa ma jifilħu għall-konġestjoni fit-toroq, u l-pressjoni fuq is-sistemi tal-ilma, d-dranaġġ u l-elettriċità, aħseb u ara li jiġi żviluppati dawn il-proġetti ta’ bini għoli,
Il-ħruġ ta’ permessi għal-dawn il-binjiet għoljin, b’impatti daqstant għoljin fuq il-madwar, mingħajr pjan ħollistiku għalihom, bħal ma sar fil-proġett għal TownSquare, jistgħu biss jirriżultaw fid-detriment tal-kwalità tal-ħajja urbana u s-saħħa tar-residenti.