Il-kuntrattur Għawdxi jelenka x-xogħol kollu li għamel biex jintrebħu l-voti

Maltatoday toħroġ emejl li turi li Chris Said kien jaf b'kollox

Il-Whistleblower li issa jista jissemma wkoll ismu, Joe Cauchi l-kuntrattur li bagħat ittra lil Chris Said biex jitħallas ta' dak ix-xogħol kollu li għamel li hu jsejjaħlu bħala xogħol biex jintrebħu l-voti. Xogħol privat imħallas mill-ministeru ta' Għawdex li kien immexxi minn Giovanna Debono u li r-responsabilita tiegħu kienet taqa taħt ir-raġel tal-eks ministru Anthony Debono. Joe cauchi kellu jitħallas is-somma ta' 50,000 u fl-emejl jgħid li hu lest li anke jipprovdi kopji ta' ritratti tax-xogħol li għamel. Qal lil Chris Said biex iżomm f'moħħu li dan ix-xogħol kien sar biex jintrebħu l-voti. 

Joe cauchi hu wieħed mill-kuntratturi li ġie mqabbad jagġħmel xogħol privat imħallas mill-Ministeru għal Għawdex fi żmien l-elezzjoni li għaddiet.

 

More in Politika