Tlieta tilfu l-liċenzja fl-istess sena li ġabuha

5,077 persuna kisbu l-liċenzja tas-sewqan matul l-2014

Minn informazzjoni li għandha Transport Malta, matul is-sena 2014, ngħataw 5,077 liċenzja ġodda għal sewwieqa ta' vetturi f'Malta, li bejn wieħed u ieħor jammontaw għal madwar 14-il liċenzja ġdida kuljum. It-tip ta' liċenzja li ngħatat kien dik bi prova, probationary licence.

Minn dawn il-5,077 persuna li ħadu il-liċenzja din is-sena,  kien hemm tlieta minnhom tilfu l-liċenzja tagħhom minħabba t-tnaqqis ta’ punti minħabba kontravenzjonijiet tat-traffiku.

 

More in Politika