L-MTA tniedi Merħba! The Tourism Adventure Game biex tispira lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ professjonisti fis-settur tat-turiżmu

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nediet Merħba! The Tourism Adventure Game, logħba edukattiva għall-istudenti ta’ 10 snin ’il fuq li għandha l-għan tintroduċi liż-żgħażagħ għall-varjetà ta’ karrieri u opportunitajiet fis-settur tat-turiżmu f’Malta

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nediet Merħba! The Tourism Adventure Game, logħba edukattiva innovattiva tal-bord imfassla biex tintroduċi liż-żgħażagħ għall-varjetà ta’ opportunitajiet ta’ karriera disponibbli fi ħdan l-industrija tat-turiżmu f’Malta.

L-inizjattiva tnediet b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu u mas-Servizzi Nazzjonali għall-Benesseri tal-Istudenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, bħala parti mill-isforzi kontinwi biex tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar il-karrieri u jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-forza tax-xogħol futura ta’ Malta. 

Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Jo Etienne Abela, qal: “Din il-logħba interattiva ġiet żviluppata bil-għan li żżid l-għarfien tal-istudenti dwar l-industrija tat-turiżmu u tenfasizza l-kontribut sinifikanti tagħha għall-ekonomija tal-gżejjer tagħna. Għandha wkoll l-għan li tispira u tinforma liż-żgħażagħ dwar il-varjetà ta’ opportunitajiet ta’ karriera disponibbli fi ħdan dan is-settur dinamiku, filwaqt li tinkoraġġihom jaraw itturiżmu bħala qasam li fih jistgħu jibnu karrieri ta’ suċċess u li jagħtuhom sodisfazzjon. Permezz tal-involviment tagħhom mal-industrija sa minn stadju bikri, iż-żgħażagħ tagħna jistgħu jifhmu u japprezzaw aħjar l-importanza tagħha, kemm għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom stess, kif ukoll għall-prosperità ekonomika u soċjali kontinwa ta’ Malta.” 

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Dr Charles Mangion, qal: “It-tnedija ta’ din il-logħba interattiva tenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn dipartimenti u ministeri differenti, u turi għal darb’oħra li meta naħdmu flimkien lejn għan komuni, inkunu nistgħu niksbu l-aħjar riżultati possibbli. Daqstant ieħor importanti hija lopportunità li din l-inizjattiva toffri lill-istudenti ta’ kull età biex jitgħallmu aktar dwar ilfirxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ karriera fi ħdan l-industrija tat-turiżmu. Linkoraġġiment taż-żgħażagħ tagħna biex jesploraw u jikkunsidraw dawn il-karrieri huwa investiment essenzjali fil-futur ta’ settur li kkontribwixxa b’mod tant sinifikanti għalliżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna u li se jkompli jagħmel dan għallġenerazzjonijiet li ġejjin.”

Imfassla għall-istudenti ta’ 10 snin ’il fuq, Merħba! toffri mod interessanti u interattiv li permezz tiegħu l-istudenti jistgħu jesploraw il-firxa wiesgħa ta’ rwoli u ħiliet li jikkontribwixxu għas-settur tat-turiżmu f’Malta. Il-logħba hija mmirata b’mod partikolari lejn studenti tal-iskejjel medji, u tippermettilhom isiru aktar konxji tal-mogħdijiet ta’ 2 karriera potenzjali f’mument importanti fl-edukazzjoni tagħhom, qabel ma jagħżlu ssuġġetti li jistgħu jinfluwenzaw l-istudji u l-karrieri futuri tagħhom. 

Il-logħba tlestiet fil-ħin għall-bidu tas-sena skolastika kurrenti u se tiġi introdotta fost listudenti tal-iskejjel medji bħala parti mill-programm edukattiv tagħhom. 

Merħba! ġiet żviluppata mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni ma’ Malta University Enterprises, bl-appoġġ u l-għarfien espert tal-Professur Leonard Busuttil u tas-Sur Jonathan Barbara fl-oqsma tat-tagħlim permezz tal-logħob u tat-tfassil tallogħob.

Permezz tat-tagħlim attiv, il-logħba tinkoraġġixxi l-interazzjoni wiċċ imb wiċċ, ilkomunikazzjoni, id-diskussjoni, in-negozjar u l-ħsieb strateġiku. Il-plejers jiġu introdotti għal negozji u professjonijiet differenti fis-settur tat-turiżmu permezz ta’ karti tal-post, li jirrappreżentaw l-operaturi turistiċi, u karti tar-rwoli, li jirrappreżentaw il-professjonijiet u l-ħiliet meħtieġa fi ħdan is-settur. 

Bħala parti mil-logħba, l-istudenti jiġu ppreżentati bi profili differenti ta’ viżitaturi u jridu jidentifikaw ir-rwoli u s-servizzi xierqa meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Billi jqabblu b’suċċess lill-viżitaturi mar-rwoli rilevanti, il-plejers jistgħu jaqilgħu punti u javvanzaw fil-logħba.

Element importanti ta’ Merħba! huwa l-iskambju tal-karti tar-rwoli. Il-plejers huma mħeġġa jiskambjaw il-karti billi jispjegaw b’mod korrett ir-rwoli fis-settur tat-turiżmu li jirrappreżentaw, u b’hekk jgħinu lill-istudenti jiżviluppaw fehim aħjar tal-professjonijiet, ir-responsabbiltajiet u l-ħiliet differenti involuti fl-industrija.

Dorianne Gravina, Education Officer fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali għall-Benesseri talIstudenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, żiedet tgħid: “Aħna kuntenti ħafna u kburin bil-kollaborazzjoni tagħna mal-Unit tal-Industry HR fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Din is-sħubija kienet partikolarment sinifikanti, speċjalment issa li wasslet għall-iżvilupp ta’ din il-logħba. 

Aħna nemmnu li din l-inizjattiva hija ta’ valur kbir għall-istudenti, peress li tagħtihom aktar għarfien u perspettiva dwar il-varjetà ta’ opportunitajiet ta’ karriera disponibbli flindustrija tat-turiżmu. Billi jiksbu fehim aħjar ta’ dawn il-professjonijiet sa minn stadju bikri, l-istudenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati, maħsuba u meqjusa sew meta jagħżlu l-mogħdijiet ta’ karriera tagħhom għall-futur.

Aħna napprezzaw ħafna din il-kollaborazzjoni u ninsabu kuntenti li qed nikkontribwixxu għal inizjattiva li tappoġġja u tispira lill-ġenerazzjoni ta’ professjonisti fis-settur tatturiżmu li jmiss.”

Billi l-gwida dwar il-karrieri tiddaħħal f’ambjent ta’ tagħlim interattiv u pjaċevoli, Merħba! għandha l-għan li tqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar il-firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet disponibbli fl-industrija tat-turiżmu ta’ Malta u dwar il-varjetà ta’ ħiliet meħtieġa biex tinbena karriera f’dan is-settur. 

Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi usa’ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex tinvolvi ruħha mal-istudenti sa minn stadju bikri fl-edukazzjoni tagħhom, tħeġġeġ aktar għarfien dwar il-karrieri relatati mat-turiżmu u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ forza taxxogħol kompetenti u sostenibbli għall-industrija tat-turiżmu ta’ Malta.

More in Kummer?jali