HSBC Malta jissieħeb ma’ FinanceMalta u l-MFSAC biex jippromwovi s-Servizzi Finanzjarji Maltin f’Londra

HSBC Bank Malta ssieħeb ma’ FinanceMalta biex jappoġġja riċeviment f’Londra li għandu l-għan li jippromwovi s-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta u jsaħħaħ ir-rabtiet mas-suq tar-Renju Unit

Mix-xellug għal-lemin: George Vella, iċ-Chairman ta’ FinanceMalta, Geoffrey Fichte, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta u Joseph Zammit Tabona, iċ-Chairman tal-MFSAC, waqt l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija fl-HSBC Hub f’Ħal Qormi.
Mix-xellug għal-lemin: George Vella, iċ-Chairman ta’ FinanceMalta, Geoffrey Fichte, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta u Joseph Zammit Tabona, iċ-Chairman tal-MFSAC, waqt l-iffirmar tal-ftehim ta’ sħubija fl-HSBC Hub f’Ħal Qormi.

HSBC Bank Malta llum ħabbar li daħal fi ftehim ta’ sħubija ma’ FinanceMalta b’appoġġ għar-riċeviment ewlieni f’Londra organizzat mill-Kunsill Konsultattiv dwar is-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSAC) u FinanceMalta, li se jsir nhar l-Erbgħa 25 ta’ Novembru 2026 fil-Great Hall ta’ Guildhall.

Ir-riċeviment, li qed jiġi ospitat għar-raba’ darba, ilaqqa’ flimkien partijiet interessati ewlenin biex jippromwovu s-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta fuq livell internazzjonali u biex issaħħaħ l-impenn mas-suq tar-Renju Unit. L-inizjattiva tappoġġja wkoll il-ħidma usa’ ispirata mill-istrateġija nazzjonali tas-settur, immexxija permezz ta’ sforzi konġunti mir-regolaturi u l-industrija.

Geoffrey Fichte, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, qal: “Il-bank tagħna għandu impenn fit-tul sabiex jappoġġja t-tkabbir tal-gżira u l-konnettività internazzjonali tagħha. Din is-sħubija tirrifletti l-ambizzjoni komuni tagħna li nippreżentaw l-offerta tas-servizzi finanzjarji Maltin b’mod ċar u kunfidenti fuq livell globali, u Londra tibqa’ post importanti biex nagħmlu dan.”

Is-sur Fichte żied jgħid: “Attivitajiet bħar-riċeviment ta’ Londra jgħinu biex jinfetħu bibien għal djalogu, interess f’investiment u kollaborazzjoni. Joffru wkoll sens prattiku tal-kapaċitajiet, il-professjonaliżmu u d-direzzjoni fit-tul ta’ Malta lill-udjenzi internazzjonali.”

Joseph Zammit Tabona, iċ-Chairman tal-MFSAC, ikkummenta: “Aħna grati għall-appoġġ kontinwu ta’ HSBC b’risq din l-inizjattiva importanti. Ir-riċeviment f’Londra huwa opportunità ta’ valur kbir biex inkomplu nippromwovu s-servizzi finanzjarji Maltin barra minn xtutna u biex nuru l-progress li qed isir permezz tal-istrateġija ffukata tas-settur tas-Servizzi Finanzjarji tal-pajjiż, kif ukoll permezz tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-settur pubbliku u dak privat li qed imexxu l-implimentazzjoni.”

George Vella, iċ-Chairman ta’ FinanceMalta, qal: “Din is-sħubija ssaħħaħ il-pjattaforma li bnejna f’Londra sabiex ngħaqqdu s-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta ma’ entitajiet ewlenin li jieħdu deċiżjonijiet fuq livell internazzjonali. L-esebizzjoni tal-kapaċitajiet u l-progress tal-istrateġija nazzjonali tagħna jgħinu biex tissaħħaħ il-kunfidenza f’Malta bħala ġurisdizzjoni kollaborattiva, irregolata tajjeb u li tħares 'il quddiem”

Proporzjon sinifikanti mill-inizjattivi oriġinali fl-istrateġija fit-tul tas-settur, diġà twasslu, għaldaqstant fil-preżent l-MFSAC qed taħdem fuq strateġija aġġornata għall-perjodu 2027 sal-2032. Il-kollaborazzjoni kontinwa fis-settur u bejn il-partijiet interessati ewlenin se tkun kruċjali sabiex jinżamm dan ir-ritmu ta’ tfassil.

Il-ftehim ta’ sħubija ġie ffirmat fl-HSBC Hub f’Ħal Qormi, b’HSBC Bank Malta, FinanceMalta u l-MFSAC issa jaħdmu mill-qrib flimkien dwar l-arranġamenti loġistiċi finali tal-attività qabel ir-riċeviment f’Londra li jsir f’Novembru.

More in Kummer?jali