Il-festival tal-inbid ta’ Delicata, li mhux ta’ min jitlef, jirritorna akbar minn qatt qabel

It-23 edizzjoni ta’ Delicata Classic Wine Festival hija ċeta’ lebrazzjoni li ma tistax tintilef, tal-aktar inbejjed maħbuba tal-Maltin. Bħala wieħed mill-festivals ewlenin tal-inbid fil-Mediterran u li ilu jsir, dan l-avveniment iġib flimkien inbejjed rebbieħa ta’ premjijiet importanti, gastronomija raffinata u l-aqwa artisti lokali, b’għeluq spettakolari b’kanzunetti popolari

Emmanuel Delicata Winemaker bi pjaċir iħabbar ir-ritorn tal-aktar avveniment antiċipat tas-sajf f’Malta, Delicata Classic Wine Festival, li se jsir fis-7, 8 u 9 ta’ Awwissu 2026. Il-festival se jerġa’ jsir fil-ġonna storiċi tal-Barrakka ta’ Fuq għal tliet iljieli ta’ nbid, spettaklu mużikali live u ikel Malti u internazzjonali.

Issa fit-23 edizzjoni tiegħu, il-festival sar tradizzjoni Maltija tas-sajf u wieħed mill-avvenimenti ewlenin tal-istaġun. Hekk kif ix-xemx tinżel wara s-swar tal-Belt, u l-Port il-Kbir jibda jiddawwal, il-Maltin u t-turisti huma mistednin jesperjenzaw selezzjoni ta’ aktar minn 20 inbid Delicata taħt sema mimlija kwiekeb fil-qalb tal-Belt Valletta.

Vetrina tal-favoriti Maltin

Il-lista tal-inbejjed għall-2026 tinkludi għażla mżewqa ta’ stili, fosthom inbejjed rebbieħa ta’ premjijiet important, u l-marka l-ġdida Żiffa. L-inbejjed Frizzante jaghtu atmosfera magika lis-serati. Dawn l-inbejjed Frizzante huma prodott tal-varjetajiet indiġeni Maltin Girgentina u Ġellewża. Se jkunu

preżenti wkoll il-kollezzjonijiet boutique Medina u Victoria Heights, in-nobbli Gran Cavalier, kif ukoll l-għażla Grand Vin de Hauteville li tgawdi fama internazzjonali. Għal dawk li jippreferu għażliet aktar ħfief, se jkunu disponibbli wkoll il-varjetajiet Dolcino, Falcon u Classic Collection flimkien mal-popolari SpritZZers.

Gastronomija u spettaklu live

Biex jikkumplimentaw l-għażla tal-inbejjed, uħud mill-aqwa caterers ta’ Malta se jkunu qed jippreparaw ikel dak il-ħin, minn stalls tat-tisjir, b’varjetà appetituża ta’ platti tradizzjonali Maltin u internazzjonali. Din is-sena dawn se jinkludu lil Corinthia Caterers, Busy Bee, Marriott Resort Malta u Ali Baba Restaurant.

Il-festival se joffri wkoll programm mużikali eċċellenti, ippreżentat mill-kantanta u personalità televiżiva Andreana DeBattista. L-ispettakli live jinkludu lil Relikc u Glen & Amber nhar il-Ġimgħa, segwiti minn Kevin Paul & Band u Airport Impressions nhar is-Sibt. Il-weekend jagħlaq il-Ħadd b’The Crowns ft. Matthew James u grande finale b’kanzunetti popolari li żgur magħhom se jkanta kulħadd, interpretati minn Fabrizio Faniello, Ludwig Galea u Michela Galea flimkien ma’ Spiteri Lucas Band.

Dettalji dwar l-attendenza

Id-dħul fil-ġonna huwa bla ħlas. Għal esperjenza aktar komda u mingħajr flus kontanti, kull tazza nbid tinxtara permezz ta’ wine coins. L-inbid jiġi servut biss fit-tazzi. Il-pubbliku jista’ jixtri wine purse għal €26, li jinkludi 24 wine coin u tazza li tinżamm bħala tifkira. Sabiex il-proċess ikun aktar effiċjenti, se tkun disponibbli wkoll Online Priority Lane għal dawk li jixtru wine purse minn qabel minn fuq il-websajt uffiċjali.

Impenn ESG

Delicata Classic Wine Festival 2026 huwa parti ewlenija mill-impenn ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) ta’ Delicata, bl-appoġġ ta’ Visit Malta, Petrolea, Refpro Refrigeration, Mapfre, MeDirect, il-Kunsill tal-Belt Valletta u awtoritajiet u stakeholders oħra. Is-servizz ta’ ride-sharing se jkun provdut minn Bolt.

Il-festival iħeġġeġ attendenza responsabbli. L-ebda nbid ma jista’ jkun servut lil persuni taħt is-17-il sena. Il-festival jiftaħ fis-7:00pm, is-servizz tal-inbid jintemm fil-11:30pm u l-ġonna jagħlqu f’nofsillejl.

Għal aktar dettalji u ħlas minn qabel, żur il-paġna ta’ Delicata: https://www.delicata.com/2026-valletta-malta/

More in Kummer?jali