Lidl Malta llum laqgħet uffiċjalment lill-pubbliku fit-12-il ħanut tagħha, li jinsab fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, u b’hekk fetħet kapitlu ġdid importanti għall-katina ta’ supermarkets ewlenija fil-pajjiż. Dan il-pass jirrifletti 18-il sena ta’ investiment kontinwu u sostenibbli minn marka li għandha għeruq b'saħħitomfil-gżejjer Maltin, u li qed tmur lil hinn mill-mudell tradizzjonali tal-bejgħ biex toffri esperjenza ta’ xiri li hija parti integrali mit-tessut soċjali tal-pajjiż. Billi jkompli jespandi l-preżenza tiegħu , Lidl Malta tkompli ssaħħaħ ir-rabta tagħha mal-familji li sservi, filwaqt li tiżgura li l-kwalità u l-valur jibqgħu fil-qalba ta’ kull dar.
Il-ftuħ ta’ dan it-12-il ħanut ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Lidl Malta bħala waħda mill-impjegaturi lokali ewlenin, , b’tim ta’ aktar minn550 persuna. Kull ħanut ġdid joħloq aktar minn 30 opportunità ġdida ta’ xogħol, u b’hekk jagħti spinta sinifikanti lis-suq tax-xogħol lokali. Din l-espansjoni mhijiex biss fil-bini u fin-numru ta hwienet, iżda fil-qofol tagħha hemm ukoll investiment fin-nies u l-provvediment ta’ karrieri stabbli u ta’ sodisfaċenti għal tim li qed ikompli jikber f’Malta u Għawdex.
Hekk kif jiżdiedu n-numru ta’ ħwienet, tikber ukoll il-kapaċità ta’ Lidl Malta biex tappoġġja l-ekonomija lokali permezz tal-katina tal-provvista tagħha. B’kollaborazzjoni ma’ aktar minn 30 fornitur u produttur lokali, iż-żieda fid-domanda għal prodotti ta’ kwalità għolja tippermetti impenn kontinwu lejn prodotti minn sorsi lokali. Dan it-tkabbir joffri benefiċċju dirett lill-produtturi Maltin u lis-settur agrikolu lokali, filwaqt li jiżgura li t-tkabbir ta’ Lidl ikompli joħloq valur għan-negozji lokali u għall-komunitajiet li sservi.
Il-ħanut il-ġdid ta’ Ħal Qormi ġie ddisinjat biex itejjeb l-esperjenza tal-klijenti permezz ta’ spazju modern u sostenibbli. Il-ħanut joffri żona ta’ bejgħ ta’ kważi 1,500 metru kwadru, b’madwar 500 metru ta’ xkafef li jakkomodaw firxa estensiva ta’ prodotti lokali u internazzjonali. lwog - Il-fergħa l-gdida tintroduċi tqassim modern, li jagħtiprijorità lil navigazzjoni intuwittiva għall-klijent u orjentazzjoni aħjar permezz ta’ ta’ żoni organizzati b’mod iktar ċar. Il-klijenti se jsibu sezzjonijiet tematiċi distinti, fejn prodotti relatati, bħal frott u ħaxix frisk jew prodotti moħmija, ikunu mqiegħda flimkien b’mod loġiku.
Id-diġitalizzazzjoni wkoll tinsab fil-qalba ta’ din l-esperjenza ġdida tax-xiri. Il-ħanut iservi bħala spazju modern iffukat fuq il-viżibilità u ċ-ċarezza tal-prodotti, b’disinn ġdid li jintegra skrins diġitali, l-app Lidl Plus u self-checkouts ġodda biex jiżgura proċess ta’ ħlas u ħruġ aktar effiċjenti. Biex ikompli jiffaċilita l-konvenjenza għall-klijenti, il-ħanut jinkludi wkoll aktar minn 120 spazju dedikat għall-parkeġġ.
Ir-responsabbiltà soċjali u l-appoġġ lejn il-komunità jibqgħu fil-qalba tal-approċċ ta’ Lidl Malta. Il-kumpanija se testendi l-programm tagħha ‘Feed it Back’ għal dan il-ħanut u tkompli toffri l-Food Saving Bags, biex tiżgura li kull post ġdid jagħti kontribut pożittiv fit-tnaqqis tal-ħela tal-ikel u fl-appoġġ lil dawk li jinsabu fil-bżonn.
“Il-ftuħ tat-12-il ħanut tagħna huwa ċelebrazzjoni tar-relazzjoni unika li bnejna mal-pubbliku Malti matul kważi żewġ deċennji,” qal Owen Micallef, Direttur ta’ Lidl Malta. “Li nkunu l-katina ta’ supermarkets ewlenija f’Malta hija responsabbiltà li nieħdu bis-serjetà. Permezz tat-tkabbir tat-tim tagħna għal aktar minn 550 persuna u billi nkomplu nsaħħu l-appoġġ tagħna lejn il-produtturi lokali, qed niżguraw li t-tkabbir tagħna joffri aktar valur lill-gżejjer Maltin. Kemm permezz ta’ opportunitajiet ta’ karriera kif ukoll permezz tal-impenn tagħna lejn inizjattivi ta’ sostenibbiltà bħall-‘Feed it Back’, l-għan tagħna huwa li nibqgħu partner b’għeruq sodi fil-komunità li n-nies jistgħu jiddependu fuqu.”
Dwar Lidl
Lidl Malta Ltd. bdiet topera f’April tal-2008 bi tliet ħwienet u llum espandiet in-netwerk tagħha għal 12-il fergħa. L-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab fin-Naxxar. Lidl Malta Ltd. Tifforma parti mill-Grupp Schwarz, grupp multinazzjonali ta’ kumpaniji li jopera fis-settur tal-bejgħ bl-imnut. Il-grupp twaqqaf fil-Ġermanja fis-snin sebgħin. Wara 20 sena ta’ attività fis-suq domestiku, il-Grupp beda jespandi l-operazzjonijiet tiegħu madwar l-Ewropa.
Illum, il-grupp, li għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Neckarsulm qrib Stuttgart, huwa preżenti f’31 pajjiż madwar id-dinja b’aktar minn 12,600 ħanut u aktar minn 382,400 impjegat.