MeDirect Bank se jorganizza webinar li se janalizza l-implikazzjonijiet ekonomiċi u l-impatt fuq l-investimenti b’riżultat ta’ kunflitti ġeopolitiċi. Dan il-webinar huwa miftuħ għall-pubbliku u l-attendenza hija bla ħlas. Dan se jsir nhar il-Ħamis 21 ta’ Mejju fis-6:00 ta’ filgħaxija.
Il-webinar se jinkludi lil Benjamin Jones, CFA, Global Head of Research, Strategy & Insights minn Invesco, waħda mill-ikbar kumpaniji indipendenti tal-investimenti fid-dinja. B’aktar minn 20 sena esperjenza fis-swieq globali, Jones jikkummenta b’mod regolari fuq ix-xejriet makroekonomiċi, il-ġeopolitika u l-istrateġija tal-investiment.
Matul is-sessjoni, Jones se jispjega kif kunflitti fl-istorja affettwaw ir-riżultati ekonomiċi, kif l-investituri jistgħu jifhmu aħjar l-imġiba tas-swieq fi żminijiet ta’ inċertezza, u kif il-periodi ta’ rkupru wara kunflitti spiss jinfluwenzaw it-tkabbir u joħolqu opportunitajiet ġodda ta’ investiment. Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari lis-sigurtà tal-enerġija u l-impatt fit-tul fuq l-investiment sostenibbli, speċjalment fid-dawl tal-kunflitti li għaddejjin fl-Ewropa tal-Lvant u fil-Lvant Nofsani.
Dan l-avveniment huwa parti mis-Serje Edukattiva ta’ MeDirect, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-litteriżmu finanzjarju u tgħin kemm lill-klijenti kif ukoll lill-pubbliku jifhmu aħjar l-investiment u s-swieq finanzjarji globali.
Larissa Ciantar, Head of Personal Banking f’MeDirect Bank (Malta) plc, qalet: “L-inċertezza ġeopolitika bla dubju tħalli impatt fuq l-ekonomija globali. Għalkemm kull sitwazzjoni hija differenti, it-tagħlim milll-passat jista’ jgħin lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet aħjar għall-preżent u għall-futur. MeDirect dejjem kien impenjat li jipprovdi lill-klijenti tiegħhu, kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali, b’informazzjoni ta’ kwalità għolja biex tgħinhom jimmaniġġjaw flushom b’kunfidenza. Dan il-webinar ma’ Ben Jones ta’ Invesco se joffri għarfien rilevanti dwar ir-realtajiet kumplessi tal-lum.”
Benjamin Jones qal: “Ninsab ħerqan ħafna li niddiskuti kif il-kunflitti attwali qed jaffettwaw l-ekonomiji u kif l-investituri jistgħu jaħsbu dwar kif ipoġġu lilhom infushom f’dawn iċ-ċirkostanzi. Meta nħarsu lejn l-istorja, ħafna drabi naraw li l-ekonomiji jirpiljaw wara kunflitti. Madankollu, huwa kruċjali li nifhmu n-natura partikolari tas-sitwazzjoni attwali, speċjalment fejn tidħol l-enerġija u l-investiment sostenibbli.”
Is-sessjoni online se ddum sa 90 minuta u tinkludi sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet live. Kif semmejna aktar ‘il fuq, l-attendenza hija bla ħlas, iżda hija meħtieġa reġistrazzjoni minn qabel. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra, żur: https://promo.medirect.com.mt/webinar-how-conflict-shapes-the-global-economy
L-informazzjoni mogħtija f’dan il-webinar qed tiġi pprovduta minn Invesco. L-informazzjoni hija għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss u mhix maħsuba biex tipprovdi parir legali jew professjonali ieħor, u lanqas ma torbot lil MeDirect Bank (Malta) plc b’xi obbligu. L-informazzjoni ppreżntata matul il-webinar mhix suġġeriment, rakkomandazzjoni jew stedina biex tixtri, iżżomm jew tbigħ xi strumenti finanzjarji, u ma hemm l-ebda garanzija dwar l-eżattezza jew il-kompletezza tagħha. L-istrumenti finanzjarji msemmija jistgħu ma jkunux adattati għall kulħadd, u għalhekk l-investituri għandhom jieħdu deċiżjonijiet informati u jfittxu parir indipendenti qabel jinvestu jew japplikaw kwalunkwe strateġija diskussa.
Meta tinvesti tista’ titlef parti jew anke l-ammont kollu li tinvesti. Il-valur tal-investiment jista’ jinżel kif ukoll jitla’. Kull dħul minn investiment jista’ jonqos jew jiżdied. Jista’ japplika ħlas jew Kummissjoni fil-mument tax-xiri inizjali. Kull deċiżjoni ta’ investiment għandha tkun ibbażata fuq id-dettalji li jinsabu fil-Prospett u fid-Dokument ta’ Informazzjoni Ewlenija (KID), li jistgħu jinkisbu mingħand id-Distributur.
MeDirect Bank (Malta) plc, numru ta’ reġistrazzjoni tal-kumpanija C34125, hija rregolata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta’ investiment skont l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370).
MeDirect Bank (Malta) plc, The Centre, Tigné Point, Sliema, TPO 0001, Malta.