L – ‘Open Week’ ta’ Renault u Dacia jirritorna b’offerti esklussivi fuq għażla vasta ta’ vetturi Elettriċi u Hybrid
29 ta’ Settembru – 4 ta’ Ottubru | Kind's Showroom, Triq il-Mosta, Ħal Lija
More in Kummer?jali
29 ta’ Settembru – 4 ta’ Ottubru | Kind's Showroom, Triq il-Mosta, Ħal Lija
Auto Sales Ltd – Kind’s, id-distributur uffiċjali ta’ Renault u Dacia f’Malta, b’sodisfazzjon iħabbar ir-ritorn tal-Renault & Dacia Open Week tant mistenni, li se jsir bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru fil-Kind’s showroom f’Ħal Lija.
Dan l-avveniment joffri offerti esklussivi, skontijiet għal żmien limitat, u l-opportunità li tesplora waħda mill-aktar line-ups kompleti ta’ vetturi Elettriċi u Hybrid fis-suq Malti — kollha appoġġjati minn konsulenza professjonali u finanzjament flessibli.
Sa €4,000 skont fuq vetturi Elettriċi u Hybrid.
Xerrejja Maltin se jibbenefikaw minn:
*Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Depożitu ta’ 0% u pjanijiet ta’ servizz huma disponibbli fuq mudelli magħżula biss. Il-finanzjament huwa suġġett għall-approvazzjoni. Is-sussidji tal-Gvern huma soġġetti għall-baġit disponibbli.
Mudelli ewlenin matul l-Open Week:
Għaliex ix-xerrejja Maltin qed jagħżlu Renault u Dacia?
Ix-xerrejja tal-karozzi f’Malta qed jagħtu aktar importanza lill-għażliet b’emissjonijiet baxxi, tnaqqis fl-ispejjeż fit-tul, u manutenzjoni minima. Renault u Dacia joffru xelta vasta ta’ vetturi moderni, mgħammra bi garanziji estensivi, valur għoli fuq il-bejgħ mill-ġdid, u reputazzjoni ta’ affidabilità fis-suq lokali li dejjem tikber. Bl-appoġġ ta’ sussidji sa €9,000 fuq vetturi elettriċi u servizz ta’ wara l-bejgħ ta’ fiduċja minn Kind’s, dan hu ż-żmien ideali biex tagħmel il-bidla.
Tħallix iċ-ċans jaħrablek – Żmien limitat, Stock limitat
Żur il- Kind's Showroom fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru biex tiskopri l-offerti esklussivi kollha tar- Renault & Dacia Open Week.
Ibbukkja test drive fuq il-post jew kellem lil rappreżentant tat-tim tagħna għal parir personalizzat.
Esplora l-offerti kollha online:
🔗 Offerti Renault | 🔗 Offerti Dacia
📞 Għal aktar informazzjoni ċempel fuq +356 21433601 jew ibgħat email fuq [email protected]
L-offerti huma validi biss waqt ir- Renault & Dacia Open Week. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Is-sussidji tal-Gvern huma suġġett għal tibdil skont il-fondi disponibbli mill-MECP.