Sewwieq ta' mutur isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku f'San Pawl il-Baħar

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi

Ritratt: File photo.
Ritratt: File photo.

Raġel ta' 47 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku li seħħ nhar il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tas-7pm. Il-każ seħħ fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Imqabba u mutur KTM misjuq minn Taljan ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka