Attivisti u għaqdiet jitolbu ġustizzja għall-El Hiblu 3 fis-seba' anniversarju mill-arrest tagħhom

Coalition for the El Hiblu 3, Repubblika, African Media Association Malta, Jesuit Refugee Service Malta, Kopin, Moviment Graffitti, AlarmPhone, u Refugees in Libya qegħdin jipparteċipaw fil-vġili

Ritratt: Coalition for the El Hiblu 3.
Ritratt: Coalition for the El Hiblu 3.

Attivisti nġabru fi Pjazza De Valette għal viġili ta' seba' sigħat bejn id-9am u l-4pm li tfakkar seba' snin mill-arrest tal-El Hiblu 3; il-grupp ta' tliet żgħażagħ li qegħdin jaffaċċjaw akkużi ta' terroriżmu minkejja li wettqu dak li ġie deskritt bħala att erojku. 

Organizzazzjonijiet non-governattivi u attivisti; inklużi Coalition for the El Hiblu 3, Repubblika, African Media Association Malta, Jesuit Refugee Service Malta, Kopin, Moviment Graffitti, AlarmPhone, u Refugees in Libya; qegħdin jipparteċipaw fil-vġili.

Wara li ġew salvati fl-2019 minn dgħajsa li kienet qed tegħreq wara li ħarbu mil-Libja, l-adolexxenti ta' bejn il-15 u d-19-il sena; Abdalla, Amara u Kader; servew bħala medjaturi fuq il-bastimenti El Hiblu u għenu sabiex il-bastiment jitwassal f'Malta. Madanakollu, huma bdew jaffaċċjaw akkużi ta' terroriżmu mal-wasla tagħhom.

F'konferenza stampa organizzata mill-attivisti, Cetta Mainwaring minn Coalition for the El Hiblu 3 faħħret lit-tliet żgħażagħ bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Vicki-Ann Cremona minn Repubblika ikkritikat akkużi sproporzjonati kontra t-terroriżmu u dewmien fil-ksur tal-iskedi tal-ġustizzja.

Regine Nguini mill-African Media Association Malta ikkundannat ir-razziżmu istituzzjonali, filwaqt li Katrine Camilleri mill-Jesuit Refugee Service Malta ikkwotat rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar abbużi kontra l-immigranti fil-Libja u sejħa tan-Nazzjonijiet Uniti minn Jannar li għadda li ħeġġet biex jitwaqqgħu l-akkużi.

Avvenimenti ta' kull siegħa qegħdin jindirizzaw il-kriminalizzazzjoni tar-refuġjati u l-immigranti li jaslu fl-Ewropa, il-pushback illegali kontra l-immigranti fil-Mediterran, il-konsegwenzi tal-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Libja u t-Tuneżija, ir-razziżmu u l-esklużjoni soċjali, in-nuqqas ta' assistenza fuq il-baħar, u r-reżistenza fil-fruntieri.

Il-koalizzjoni titlob li jitwaqqgħu l-akkużi kollha kontra Abdalla, Amara, u Kader, sabiex tintemm il-prosekuzzjoni li ilha għaddejja ffil-konfront tagħhom matul dawn l-aħħar seba' snin, u sabiex il-grupp jiġi rikonoxxut bħala difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. 

More in Kronaka