Minn kundanna għal kundizzjoni: il-fond ta’ Storm Harry u l-U-turns politiċi

Il-kontroversja dwar min għandu jkun eliġibbli għall-fond ta’ kumpens ta’ Storm Harry kompliet teskala hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela bidel il-pożizzjoni tiegħu 

(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)
(Ritratt: James Bianchi/MaltaToday)

Il-maltempata qawwija magħrufa bħala Storm Harry ħalliet warajha ħsarat estensivi, b’numru ta’ negozji jispiċċaw jitolbu l-għajnuna statali biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Iżda dik li bdiet bħala inizjattiva ta’ solidarjetà nazzjonali malajr inbidlet f’kontroversja politika dwar min għandu, u min m’għandux, ikun eliġibbli għall-fond ta’ kumpens.

Il-qalba tad-dibattitu kienet il-fatt li skont il-kriterji oriġinali mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, strutturi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ illegalità – fosthom strutturi jew operat mhux regolarizzat – setgħu xorta waħda japplikaw għall-fondi pubbliċi.

Dan wassal għal reazzjoni immedjata u qawwija mill-Kamra tal-Kummerċ, li kkundannat dak li sejħet bħala normalizzazzjoni tal-illegalità u nuqqas ta’ rispett lejn dawk li ilhom snin joperaw skont il-liġi.

Il-Kamra sostniet li politika bħal din toħloq distorsjoni fis-suq u tippremja lil min injora r-regoli, filwaqt li tpoġġi f’pożizzjoni żvantaġġata lil dawk in-negozji li investew ħin u flus biex jibqgħu konformi mal-liġi.

F’dan il-kuntest qabel ma Abela biddel ir-regoli li japplikaw, din il-gazzetta talbek kumment lil Adrian Delia u hu ħareġ b’dikjarazzjoni qawwija u mhux ambigwa. Qal li ma jistax jaqbel ma’ gvern li “jagħti lil dawk li huma illegali, bħallikieku qed jagħtihom il-barka,” u li dan joħloq sens li l-liġi ma teżistix jew ma tapplikax għal kulħadd bl-istess mod. Skont Delia, deċiżjonijiet bħal dawn jidhru mmexxija minn kalkoli politiċi aktar milli minn prinċipji ta’ governanza tajba.

Delia enfasizza li kieku hu kien juża din l-iskema bħala opportunità biex jobbliga lil dawk li jinsabu f’illegalità sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom. Skontu, l-għajnuna pubblika għandha tkun marbuta ma’ kundizzjonijiet ċari li jsaħħu l-infurzar tal-liġi u mhux idgħajfuha.

Madankollu, ftit wara dan, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar bidla fil-pożizzjoni tal-gvern. Huwa qal li n-negozji li jkunu qed joperaw illegalment u li jixtiequ jibbenefikaw mill-fond ta’ Storm Harry jkollhom jirregolarizzaw ruħhom bħala kundizzjoni biex jirċievu l-għajnuna.

Din id-dikjarazzjoni ġiet interpretata minn osservaturi politiċi bħala U-turn ċara, hekk kif il-gvern deher li reġa’ qies il-pożizzjoni tiegħu wara pressjoni istituzzjonali u politika. Għal xi wħud, dan kien sinjal li l-gvern sema’ l-kritika u aġġusta l-politika tiegħu; għal oħrajn, iżda, kien konferma ta’ tmexxija reattiva u mhux ibbażata fuq viżjoni ċara mill-bidu nett.

Meta Delia reġa’ ġie kkuntattjat wara din l-aħħar dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, huwa rrimarka li jidher li Robert Abela għal darb’oħra biddel il-pożizzjoni tiegħu. Delia sostna li dan huwa eżempju ieħor ta’ deċiżjonijiet li jittieħdu skont kemm huma popolari f’dak il-mument, aktar milli skont prinċipji konsistenti u rispett lejn il-liġi.

Il-każ tal-fond ta’ Storm Harry għalhekk fetaħ dibattitu usa’ dwar kif il-gvern għandu jibbilanċja bejn l-għajnuna f’mumenti ta’ kriżi u r-responsabbiltà li jżomm standards legali u amministrattivi sodi. Għal ħafna, il-mistoqsija

More in Kronaka