Mara ta’ 26 sena bi ġrieħi gravi wara li waqgħat erba’ sulari f’xaft

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi

Mara ta’ 26 sena mill-Maċedonja li tgħix San Pawl il-Baħar sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħat madwar erba’ sulari f’xaft. 

Il-każ seħħ għall-ħabta ta' 7:00 a.m. fi Triq G.F. Agius De Soldanis, Birkirkara.

Fuq il-post issejjħu ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Hija ttieħdet l-isptar b’ambulanzja, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka