Raġel iweġġa' gravi wara li tilef il-kontroll bil-vettura u ħabat ġo ħajt

L-inċident seħħ dalgħodu fix-Xagħra Għawdex

Illum għall-ħabta tal-10:30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata b'inċident tat-traffiku fi Triq it-Tiġrija, ix-Xagħra, Għawdex. 

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta' 62 sena li joqgħod in-Nadur, kien qiegħed isuq Toyota Yaris, tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-kura medika. 

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta' natura gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ. 

More in Kronaka